Il-proċess fejn gruppi ta' nies jieħdu ċerti deċiżjonijiet
Karatteristiċi ta' politika
Dejjem titratta dwar poter u awtorità
Għandha x'taqsam ma' kif il-bniedem jiddeċiedi li għandu jorganizza s-soċjetà
M'għandiex tkun kompetizzjoni biss bejn il-partiti, iżda għandhom jaħdmu flimkien b'mod paċifiku
Hija azzjoni ta' servizz lill-komunità kollha
Għandha taħseb fil-ġid komuni
Għandha ġġib l-ordni u l-kontroll
Għandha taħdem favur id-drittijiet tal-bniedem
Dmirijiet
Obbligi li ċ-ċittadin għandu lejn ċittadini oħra u lejn is-soċjetà tiegħu (dawk l-affarijiet li l-individwu għandu jagħmel)
Drittijiet
Dawk l-affarijiet li l-individwu jistenna li jirċievi. Drittijiet huma mġiba jew attivitajiet li ċ-ċittadin jista' jwettaq mingħajr il-biża' li ser jitwaqqaf jew jiġi iddiskriminat minħabba dawn l-azzjonijiet
Permezz tad-drittijiet kulħadd ikun ugwali, innaqsu d-diskriminazzjoni, nagħtu ċans li l-bnedmin jagħżlu t-twemmin, jesprimu lilhom infushom u jkunu parti mil-liema grupp li jixtiequ
Pajjiżi differenti joffru drittijiet differenti liċ-ċittadini membri tagħhom u jistennew ċerti dmirijiet lura
Pajjiż fejn id-drittijiet tal-bniedem huma rrispettati, impoġġijin fil-prattika u hemm l-ugwaljanza jissejħu pajjiżi demokratiċi
F'demokrazija, il-prinċipju l-aktar importanti hu li kulħadd huwa ugwali
Meta ċ-ċittadini jaraw li qed jgħixu f'sistema ġusta jsibuha aktar faċli biex jimxu mal-liġijiet li jkun hemm fil-pajjiż u b'hekk tinżamm l-ordni soċjali
Gvern Ċentrali / Gvern Nazzjonali
Il-partit li jkun rebaħ l-elezzjoni u jifforma gvern. Dan ikollu poter u awtorità fuq kull ma' jiġri fil-pajjiż.
Gvern Lokali
Jista' jkollu poteri u awtorità saħansitra fil-qasam tal-liġijiet u tat-taxxi li jkunu għal-lokal biss. Hawn insemmu lill-Kunsilli Lokali.
Fl-1993 saru l-ewwel elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u b'kollox insibu 68 kunsill lokali.
Funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali
Il-poter u r-responsabbiltajiet inqasam bejn il-gvern ċentrali u l-gvern lokali
L-interessi tal-lokal (iżjed milli l-interessi ta' xi partit politiku) jiġu l-ewwel u qabel kollox
Kull ċittadin għandu ċ-ċans li jkollu sehem akbar fid-deċiżjonijiet tal-lokal tiegħu jew tagħha
X'inhu x-xogħol tal-kunsilli lokali?
Jilqgħu lmenti mingħand il-pubbliku
Jiġbru kirjiet dovuti lill-gvern
Jieħdu ħsieb it-traffiku u s-sinjali tat-toroq
Jieħdu ħsieb proġetti tal-komunità
Jorganizzaw serati varji fl-irħula
Jaraw li r-raħal qed jinżamm f'qagħda tajba
Mingħajr l-involviment taċ-ċittadini, id-demokrazija ma tistax isseħħ u ttmexxija tkun waħda ċentralizzata (favur il-ftit preferuti li jmexxu bejniethom).
Kull wieħed u waħda minnha imma għandu jieħu sehem u jistinka għall-ġid tal-komunità u fl-aħħar mill-aħħar tiegħu personali.