Nota A

Cards (41)

    1. Imperu Ruman kien ġie maqsum fi tnejn: l-Imperu Ruman tal-Punent u l-Imperu Ruman tal-Lvant
    285 W.K.
    1. Imperu Ruman kien inqasam minħabba li kien kiber wisq biex ir-Rumani jkunu jistgħu jmexxuh sew u jiddefenduh
  • Dawn iż-żewġ imperi kellhom jitmexxew minn Imperaturi differenti, flimkien mal-assistenti tagħhom
  • Konstantinu leħaq Imperatur fil-Punent
    306 W.K.
  • Wara żmien twil ta' ġlied u gwerrer fiż-żewġ naħat talImperu Ruman
    Konstantinu irnexxielu jieħu f'idejh kemm l-Imperu Ruman tal-Punent, u anke dak tal-Lvant
  • Għalkemm Konstantinu kien qed imexxi l-Imperu Ruman sħiħ, hu għazel li ċċentru tal-Imperu ma tibqax Ruma
  • Minflok, hu iddeċieda li jibni belt ġdida fil-Lvant, belt li kienet ser issir il-kapitali l-ġdida tal-Imperu
  • Din il-belt inbniet u ingħatat l-isem ta' Konstantinopli (fejn illum insibu l-belt ta' Istanbul)
    330 W.K.
  • Konstantinopli
    Belt li nbiet fil-post fejn qabel kien hemm belt antika ta' Żmien il-Griegi, li kien jisimha Biżanzju
  • Ħdejn din il-belt kien hemm port importanti
  • Imperu Ruman tal-Lvant

    Magħruf bħala l-Imperu Biżantin
  • Konstantinopli
    • Belt b'saħħitha u sinjura ħafna
    • Kellha port twil (Golden Horn) li kien ikun mimli bl-iġfna mgħobbija b'ġid minn ħafna artijiet differenti
    • Imdawra bi swar b'saħħithom ħafna, b'torri kull ħamsin metru li ddefendew lill-belt minn ħafna attakki, għal aktar minn elf sena
    1. Imperatur Konstantinu kien ikkonverta għall-Kristjaneżmu, u dan kellu effetti kbar fuq din ir-reliġjon
    1. Insara ma baqgħux jibżgħu li jiġu ippersegwitati, u l-Kristjaneżmu beda jikber u jinfirex madwar l-Imperu
  • Wara l-mewt ta' Konstantinu, l-Imperu Ruman reġa' nqasam
    337 W.K.
    1. Imperu Ruman tal-Punent kien spiċċa, wara li kien ġie attakkat mill-barbari tal-Ewropa
    476 W.K.
    1. Imperu Ruman tal-Lvant (l-Imperu Biżantin) żamm sod għal ħafna iktar snin
    1. Imperatur tal-Imperu Biżantin kien l-Imperatur Ġustinjanu
    527 W.K.
  • Ġustinjanu kien imexxi flimkien mal-mara tiegħu Teodora
  • Fi żmien li kien imexxi Ġustinjanu, Konstantinopli żvilupat f'waħda mill-isbaħ bliet ta' dak iż-żmien
  • Ġustinjanu bena bini importanti, bħall-akwedotti, pontijiet u knejjes
    1. iktar knisja famuża

    Santa Sofija
  • Aktar tard, din il-knisja inqelbet f'moskea
  • Fi żmien riċenti kienet tintuża biss bħala mużew, iżda fissena 2020 reġgħet bdiet tintuża bħala moskea
  • Ġustinjanu kien prova jerġa jirbaħ u jaħkem fuq l-artijiet tal-Imperu Ruman tal-Punent (in-naħa ta' Ruma), li issa kienu f'idejn tribujiet barbari
    1. armata Biżantina rebħet ħafna minn dawn l-artijiet, inkluż Ruma, iżda wara ftit dawn l-artijiet reġgħu tilfuhom
  • Dan minħabba li dawn l-artijiet kienu l-bogħod minn Konstantinopli, u għalhekk kien iktar diffiċli biex jibgħatu suldati ħalli jiddefenduhom
    1. Imperatur Ġustinjanu

    Mexxej tal-Knisja Griega Ortodossa
  • Bidla importanti li saret fi żmien l-Imperu Biżantin kienet dik tar-reliġjon
  • Il-mexxejja Kristjani tal-Knisja f'Konstantinopli kien jidhrilhom li huma kienu importanti daqs il-Papiet ta' Ruma
  • Dan wassal għax-xiżma (firda fl-istess reliġjon, fejn tinħoloq reliġjon oħra), u l-formazzjoni tar-reliġjon Griega Ortodossa
    1. Imperu Biżantin, immexxi mill-belt ta' Konstantinopli, dam jeżisti sal-1453
  • F'din is-sena, il-belt intrebħet mill-Imperu Ottoman (Musulmani)
  • Sakemm Konstantinopli ntrebħet mill-Musulmani fl-1453, l-Imperu Biżantin kien ġie attakkat diversi drabi, minn għedewwa differenti
  • Pero il-belt ta' Konstantinopli damet mijiet ta' snin biex intilfet, u waħda mir-raġunijiet kienet illi din il-belt kellha arma sigrieta: in-Nar Grieg
  • In-Nar Grieg

    Tip ta' 'flame thrower', li minnu kienet toħrog kimika li taqbad in-nar malajr - nar li kien diffiċli biex titfih
  • Anke fuq il-baħar, dan in-nar kien jibqa' jaqbad, u għalhekk il-vapuri tal-għadu kienu jiġu maħruqa fi ftit ħin
  • Kienu ftit in-nies fl-Imperu Biżantin li kienu jafu kif issir din l-arma
  • Il-Biżantini kienu jibżgħu li jekk l-għedewwa tagħhom isiru jafu biha, jkunu jistgħu jużawha kontrihom
  • Għalhekk żammew il-metodu sigriet