Waqt l-attakki tal-barbari fuq l-Imperu Ruman tal-Punent (in-naħa ta' Ruma), ma nafu xejn dwar x'kien qed jiġri ġewwa Malta
M'aħniex ċerti jekk il-Barbari waslux sal-gzejjer Maltin, għax s'issa ma nstabet l-ebda evidenza dwar dan
Malta għaddiet taħt il-Bizantini meta Ġustinjanu bagħat armata biex tirbaħ l-artijiet tal-Punent, li xi darba kienu jagħmlu parti mill-Imperu Ruman
Ġustinjanu għaqqad lil Malta, Sqallija u n-naħa t'isfel tal-Italja fi provinċja waħda, imsejjħa Turma
Il-kap kien imsejjaħ Turmarka
Fi Żmien il-Biżantini, ir-reliġjon Kristjana kienet ir-reliġjon ewlenija tal-Maltin
Ħafna mill-fdalijiet li għandna ta' Żmien il-Biżantini f'Malta huma relatati mal-Kristjaneżmu
Il-katakombi li nsibu f'Malta, speċjalment fl-inħawi tar-Rabat, kienu jintużaw għad-dfin tal-mejtin u biex l-insara jaqdu d-dmirijiet reliġjużi tagħhom (quddies u talb)
Ħafna mill-katakombi li għandna f'Malta bdew jintużaw fi żmien ir-Rumani, iżda komplew jintużaw ukoll fi żmien il-Biżantini
Fdalijiet oħra mportanti nstabu f'Tas-Silġ, viċin Marsaxlokk
Qabel il-Biżantini, f'Tas-Silġ kien hemm tempju pagan Ruman
Il-Biżantini qelbu dan it-tempju f'bażilika Nisranija
Kmamar żgħar viċin il-fdalijiet tal-bażilika
Aktarx li dawn kienu ċellel (kmamar żgħar), li fihom kienu jgħixu xi patrijiet
Fdal importanti li nstab f'Tas-Silġ hija ħofra kbira mħaffra fl-art, li fiha jista' jinżel bniedem
Battisteru
Ħofra kbira mħaffra fl-art, li fiha l-qassisin jgħammdu lin-nies
Din hija evidenza oħra li turina li fil-fatt dan il-post kien jintuża bħala knisja Nisranija