Ir-Re ta' Franza jghati l-indipendenza lin-Normandija
980 W.K.
In-Normanni stabbilixxew sistemi ġodda ta' tmexxija msejha s-sistema fewdali
Wara s-sena 1000 W.K. In-Normanni partikolarment il-familja ta' Tankredi ta' Hauteville bdew jinżlu fin-naha t'Isfel ta' l-Italja u jattakkaw l-artijiet li jsibu biex ikabbru s-setgħa tagħhom
Ruggieru flimkien ma huh Robert Guiscard attakkaw Sqallija
Meta rebah Sqallija, il-Konti Ruġġieru sar maghruf bħala l-Konti ta' Sqallija
In-Normanni taw sehemhom fil-gwerer li saru fl-Italja t'Isfel u fi Sqallija biex jitkeċċew il-Bizantini u l-Għarab minn dawk l-inhawi
invażjoni ta' l-Ingilterra mid-Duka tan-Normandija William
1066 W.K.
Fil-battalja li baqghet magħrufa bħala l-Battle of Hastings, id-duka Normann William rebah lill-Anglo-Saxons
William sar Re tal-Ingilterra u baqa' magħruf bħala William the Conqueror
William bena t-Tower of London biex jgħix fih
Ir-Re Normann William ta bidu ghall-monarkija fl-Ingilterra
William rebah lill-Ingilterra u żviluppa s-sistema fewdali fil-monarkija, jiġifieri fis-setgħa tar-Re
In-Normanni bidlu l-kultura u l-istorja tal-Ingilterra
Inqala' l-inkwiet bejn il-Papa Girgor VII ma' l-Imperatur Germaniż Enriku IV
1084 W.K.
Il-Papa safa arrestat iżda bis-saħħa ta' Normanni ta' Hautville il-Papa inheles
Dan il-fatt nissel sens ta' kburija fin-Normanni u iżjed u iżjed meta l-Papa Girgor VII iddikjarahom difensuri tal-fidi
Intant f'isem il-Papa in-Normanni taht Robert Guiscard wiehed mit-tfal ta' Tancredi ta' Hautville ha taht idejh ir-reġjuni tal-Pulja, Bażilikata, Kampanja, u Sqallija
Il-Konti Ruġġieru baħħar lejn Malta
1091 W.K.
Il-Konti Ruġġieru rebah lill-Gharab li kienu f'Malta u għamel ftehim mal-Qadi Gharbi
Ftehim tal-Konti Ruġġieru mal-Qadi Gharbi
L-Għarab cedew Malta lin-Normanni
Issa l-Gharab kellhom jaqdu lill-Konti
Il-Gżejjer Maltin saru tributarji tal-Konti
Kull sena l-Għarab kellhom ihallsu l-harag (bil-fidda) lill-Konti fi Sqallija
Il-Konti Ruġġieru rċieva żwiemel, hmir, armi u flus mingħand l-Għarab
ilsiera Nsara ġew meħlusin u ssieħbu mal-konti fuq ix-xini tiegħu
In-Normanni baqgħu sejrin Ghawdex u Malaterra jgħidilna li n-Normanni hadu kulma setgħu minn Ghawdex
Il-Konti Ruġġieru ma keċċiex lill-Għarab minn Malta, imma halliehom jgħixu hawn
Il-Konti Ruggieru halla lill-Maltin ukoll jipprattikaw ir-reliġjon u d-drawwiet tagħhom
Sa dak iż-żmien il-maġġoranza tal-poplu Malti kienet ta' reliġjon Musulmana
F'Malta kien hawn jgħixu wkoll, Lhud, Bizantini u Berberi
Malta kienet tista' tgħid Gharbija u l-ismijet ta' rhula u postijiet oħra kienu kollha Gharab
Ruġġieru ma damx Malta u t-tmexxija tal-gżira qħaddiet taht idejn ibnu Ruggieru
Żewġ industriji importanti għall-ekonomija Maltija
Tkabbir tal-qoton
Piraterija tal-baħar
Minnħabba fil-kummerċ kbir li kien hawn fil-Mediterran, il-Maltin tawha għall-piraterija: is-sibi
Is-sibi kienet piraterija tal-bahar liċenzjat mill-awtoritajiet tal-pajjiż u għalhekk legali
Is-sibi kien jgħin ukoll biex l-għadu ma jbaħħarx lejn xtutna
Il-Maltin, imdawrin bil-baħar, għarfu jisfruttaw din is-sengħa matul is-sekli u s-sibbien Maltin kienu meqjusin fost l-aqwa fis-sengha tagħhom
Sports Nu for Young A the national port school mala
Imperator Federiku II u Malta
Sqallija waqgħet taht idejn Neriku VI tal-familja Hohenstaufen. Dan kien miżżewweg lil Kostanza n-Normanna. Għalhekk il-gżejjer Maltin ghaddew taht il-familja Hohenstaufen.
Iben Neriku VI u Kostanza kien Federiku II.
L'Imperatur Federiku II (1198-1250)
Magħruf dak żmien bhala Stupramundi (I-Ghaġeb tad-Dinja) għall-metodi progressivi fl-amministrazzjoni ċentralizzata u effiċjenti li dahhal fis-Saltna ta' Sqallija