personaggi

Cards (10)

  • Ġan Franġisk Agius De Soldanis
     
    Twieled ir-Rabat Għawdex fl-1712. Studja l-letteratura, il-Filosofija, it-Teoloġija u l-Liġi. Kien hu li ħareġ l-ewwel grammatika tal-Malti u ġabar bosta qwiel Maltin. Kiteb dizzjunarju tal-Malti u kiteb ukoll fuq il-folklor Malti. Huwa ħoloq alfabett Malti u kiteb l-ewwel grammatika li nafu biha llum. Ġie maħtur l-ewwel bibljotekarju tal-Bibljoteka ta’ Malta. De Soldanis hu difensur kbir tal-lingwa Maltija u ppromwova l-Malti mal-barranin
  • Mikiel Anton Vassalli
    Twieled f’Ħaż-Żebbuġ fl-1764. Hu għaraf l-importanza tal-Malti sa minn kmieni. Ħa nteresss fil- lingwa Għarbija; kien mogħti premju mill-iskola tal-Għarbi. Studja f’La Sapienza f’Ruma fejn laħaq Professur tas-Sirjak fl-istess post. Ippubblika alfabett Malti u ħoloq sistemi tal-ortografija tal- Malti. Ippubblika grammatika tal-Malti u ħareġ l-ewwel dizzjunarju stampat.
  • mikiel anton vassali
    Qaleb il-Bibbja għall- Malti. Weħel il-ħabs minħabba rewwixta kontra l-Kavallieri u ħarab. Fi żmien il-Franċiżi ġie lura iżda reġa’ ġie eżiljat f’Tuneż u fi Franza. Lura Malta, ġie maħtur Professur tal-Malti mill- Universita`. Vassalli kien lingwista, edukatur u bniedem b’viżjoni. Huwa meqjus bħala ‘Missier l- Ilsien Malti’.
  • Ġan Anton Vassallo
     
    Twieled il-Belt Valletta fl-1817. Kien jaf bosta lingwi, fosthom il-Malti, it-Taljan, il-Latin, il-Franċiż, l-Għarbi, l-Ingliż. Laħaq avukat u sar Professur tat-Taljan fl-Universita`. Kiteb u ppubblika bosta kitbiet ta’ generi differenti. Xogħlijiet letterarji importanti: Tifħira lil Malta, Il-Ġifen Tork.L-għan ewlieni tal-kitba tiegħu kien li jeduka u jagħti pjaċir. Inqeda bil-poeżija għal sens patrijottiku. F’kitbietu esprima d-drawwiet, it-twemmin u l-ħsus li għandu l-poplu Malti. Ippromwova lill-eroj Maltin mingħajr isem
  • Ġużè Muscat Azzopardi
     
    Twieled Ħal-Qormi fl-1853. Hu kien prokuratur Legali. Kien attiv ħafna fil-politika u fil-qasam ġurnalistiku. Kien editur ta’ In-Naħla Maltija, Id-Dawl u Is-Salib. Kien ukoll kofundatur u President tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti. Xerred il-kultura fost il-poplu Malti permezz tal-ilsien tiegħu. Magħruf l-iżjed għar-rumanzi storiċi u kiteb xogħlijiet reliġjużi, poeżiji u drammi. Huwa magħruf bħala “Missier il-Letteratura Maltija”
     
  • Dun Karm Psaila
    Twieled Ħaż-Żebbuġ fl-1871. Kien qassis, għalliem u assistent librar u direttur tas-circulating libraries. Quddiem Xbieha tal-Madonna hi l-ewwel poeżija bil-Malti li kiteb. Kiteb fuq l-istorja ta’ Malta, il-ħajja raħlija, il-pajsaġġ Malti, ir-relazzjoni tal-bniedem m’Alla u fuq s-solitudni wara l- mewt t’ommu. Diversi poeżiji tiegħu nqalbu f’lingwi oħra. Unuri: Dottorat fil-letteratura u midalja tad-deheb Ġuże Muscat Azzopardi. Kiteb dizzjunarju Ingliż – Malti. Kiteb l-Innu Malti. Huwa “Il- Poeta Nazzjonali Malti”
  • Pietru Pawl Saydon
     
    Twieled iz-Żurrieq fl-1895. Studja fl-Universita` Rjali ta’ Malta fejn kiseb il-B.Lit., il-B.L. u d- Dottorat fit-Teoloġija. Inħatar Professur tal-Iskrittura Mqaddsa, tal-Lhudi u l-Grieg Bibliku. Kien attiv ħafna fl-Għaqda tal-Malti. Ħa ħsieb joħroġ il-Leħen il-Malti. Qaleb il-Bibbja għall-Malti minn butu. Kiteb diversi novelli bil-Malti. L-Universita` Rjali ta’ Malta tatu l-grad ta’ Duttur tal- Letteratura (Hon. Causa) bħala għarfien tax-xogħlijiet kbar tiegħu
     
  • Ninu Cremona
    Twieled ir-Rabat Għawdex fl-1880. Għamel żmien jgħix Tuneż ma’ zijuh. Kien skrivan mal-gvern u spettur sanitarju. Kien editur u traduttur tal-Malti fl-istamperija tal-gvern. Għalliem tal-Malti fil- klassijiet ta’ filgħaxija u fil-Liceo. Kittieb ta’ poeżija, bijografiji, novelli u studji grammatikali. Għamel studju komparattiv fuq il-qwiel Maltin. Fassal l-ortografija Maltija. Ingħata l-Midalja Ġuzè Muscat Azzopardi. Irċieva d-D. Litt. (Hon. Causa)
  • Ġużè Aquilina
    Twieled il-Munxar Għawdex fl-1911. Lingwista, rumanzier, studjuż, kittieb, poeta u għalliem. Irriċerka f’oqsma tal-lingwistika Maltija. Kiteb diversi artikli f’rivisti xjentifiċi. Rebbieħ tal-ewwel premju bir-rumanz Taħt Tliet Saltniet. Editur ta’ Leħen il-Malti u Journal of Maltese Studies. Ippubblika dizzjunarju MaltiIngliżMalti.
     
  • guze aquilina
    Ippubblika Teach Yourself Maltese. Ippubblika poeżiji,
    drammi, salmi. Għamel ukoll traduzzjonijiet f’kotba ta’ proża u poeżija. Ingħata l-Midaja Ġuzè Muscat Azzopardi u oħrajn. Professur tal-Malti u tal-Ilsna Orjentali. Ambaxxatur tal-ilsien Malti.